Il-kontijiet tal-E-ID huma amministrati minn Identita’ Malta – wieħed jista’ jżur is-sit elettroniku tagħhom hawnhekk here.
L-istudenti jistgħu jitolbu li jkollhom kont tal-e-ID billi jċemplu permezz tan-numru 25904300 jew permezz tal-email infoeid@gov.mt
Kull informazzjoni dwar il-kontijiet tal-e-ID tista’ tinkiseb permezz ta’ din il-ħolqa elettronika https://www.identitymalta.com/unit/e-id-cards-unit/
L-istudenti għandhom iżuru s-sit elettroniku t’Identita’ Malta u jikklikjaw fuq il-ħolqa elettronika “Insejt il-password”?
L-istudenti jistgħu wkoll jagħżlu li jċemplu lill-uffiċċji ta’ Identita’ Malta u jitolbu password ġdida permezz tat-telefon. Din tintbagħat b’mod elettroniku fl-indirizz elettroniku kif indikat fl-applikazzjoni tal-account tal-e-ID.
Studenti li jkollhom bżonn jemendaw l-applikazzjoni li jkunu għamlu online wara li jkunu issottomettewa jista’ jaċċessjaw l-applikazzjoni online billi jużaw l-e-ID u l-password u jagħmlu l-emendi meħtieġa, bħal per eżempju bidliet fl-IBAN. Mhux kollox jista’ jinbidel fid-data sottomessa. Ladarba jkunu seħħu l-emendi meħtieġa, l-istudenti għandhom jikklikjaw il-buttuna tas-sottomissjoni tad-dokument -is-Submit Button.
Studenti li jkunu biddlu l-kors tul is-sena akkademika għandhom joħolqu d-dokument tal-għażla tal-kors, -course option u li fih ikun hemm id-dettalji tal-kors il-ġdid. Dan jista; jsir billi wieħed jaċċessa l-applikazzjoni online u jagħfas il-buttuna Add Course. Id-dettalji tal-kors il-ġdid għandhom ikunu mdaħħla sew. L-uffiċjali fl-Uffiċċju tal-Istipendji, mbagħad jipproċedu fuq l-għażla tal-kors il-ġdid u jneħħu l-għażla tal-kors preċedenti.
IBAN ifisser International Bank Account Number. Hu compost minn 31 karattri alfanumeriċi u wieħed jista’ jsibu fl-istqarrijiet finanzjarji li jibagħtu l-banek. Wieħed jista’ jakkwista l-IBAN mis-servizzi tal-Internet li jkollhom il-banek. Wieħed jista’ wkoll iżur fergħa tal-bank u jistaqsi għall-IBAN sabiex bih jista’ jirċievi l-istipendji u l-għotjiet intitolati.
Hi ferm important li l-istudenti jdaħħlu sewwa l-IBAN meta jkunu qed jissottomettu l-talbiet tagħhom permezz tal-applikazzjonijiet online.
Studenti tal-ewwel sena li qed jistudjaw f’istituzzjoni post-sekondarja u fl-IMCAST għandhom itellgħu id-dokumenti kollha marbutin maċ-Ċertifikat li juri li wieħed ikun kompla l-iskola sekondarja -is-Secondary School Leaving Certificate kif ukoll id-dokument tal-Profiling. Verżjonijiet kampjuni mhumiex aċċettati.
L-istudenti kollha għandhom ukoll itellgħu l-iktar document riċenti li juri l-istorja tal-impjieg tagħhom kif jidher fil-Jobplus. Dan jista’ jitniżżel b’mod elettroniku mill-jobsplus.gov.mt wara li wieħed ikun illoggja billi juża l-e-ID u l-password. L-istudenti kollha għandhom ukoll japplowdjaw document ta’ prova li juru li ilhom jgħixu Malta għal mill-inqas ħames snin qabel il-data ta’ sottomissjoni tal-applikazzjoni tagħhom. F’xi drabi, Il-Bord tal-Għotjiet u grants ta’ manteniment għall-Istudji tal-Istudenti jirriserva kull dritt li jitlob iktar tagħrif sabiex ikun jista’ jieħu deċiżjoni dwar l-eliġibilita’ għal dawn l-għotjiet.
Applikazzjonijiet għall-ħlasijiet supplimentari jgħaddu minn skrutinju iktar rigoruż minn applikazzjonijiet għall-stipendji u għotjiet oħra; dan isir minħabba li jiġu wkoll eżaminati u evalwati fatturi oħra, li jinkludu d-dħul tal-familja, u l-impjieg ta’ min qed jissottometti din l-applikazzjoni qabel ma jingħata dan il-benefiċċju.
Applikazzjonijiet online għall-istipendji u għotjiet supplimentari jistgħu jibqgħu pendent jekk l-istudenti ma jissottomettux id-dokumenti meħtieġa. Mhux se jkun hemm iktar ipproċessar tal-applikazzjonijiet online wara l-aħħar ta’ Ġunju 2025.
Studenti li jixtiequ li jippreżentaw il-każ tagħhom quddiem il-Bord tal-Għoti tal-Istipendji għall-Manteniment tal-Istudji għandhom jagħmlu dan billi jiktbu u jippreżentaw id-dokumentazzjoni meħtiesġa sabiex jippruvaw il-każ tagħhom. L-istudenti għandhom jużaw dan l-indirizz elettroniku maintenancegrants.meyr@gov.mt jew jibgħatu d-dokumenti tagħhom u ittra li tispjega l-każ tagħhom f’dan l-indirizz
Chairperson SMGB Kamra 122, Triq l-Assedju l-Kbir Floriana VLT 2000
Il-Bord jirriserva d-dritt li jivverifika t-tagħrif li jkun intbagħat u/jew jitlob iktar tagħrif kif meħtieġ.
Studenti li qed isegwu studji f’istituzzjonijiet post-sekondarji u fl-IMCAST ikollhom l-istipendji tagħhom mnaqqsa skont kemm ikunu fallew lezzjonijiet, u kif ikunu iddokumentati mill-istituzzjonijiet li jkunu qegħdin jattendu. L-istudenti għandhom jikkonsultaw mal-istituzzjonijiet li jkunu qed jattendu dwar ir-regolamenti f’dar-rigward.
L-istudenti għandhom ukoll jinnotaw li għall-fini tal-għotjiet u l-istipendji, huma intitolati għall-15-il jum leave bi ħlas għall-mard, u jridu jippreżentaw ċertifikat fl-istituzzjoni fejn ikunu qed jattendu. Min jieħu iktar mill-15-il jum kif permess irid ikollu l-awtorizazzjoni mingħand il-Bord għall-Istipendji u Għotjiet għall-Manteniment tal-Istudji. L-istudenti jistgħu jispjegaw il-każ tagħhom billi jiktbu lill-Bord f’dan l-indirizz elettroniku maintenance.meyr@gov.mt. F’kull każ, irid ikun sottomissjoni tal-provi relevanti.
Meta jitla’ messaġġ ta’ ċaħda ta’ aċċess jew dħalt bħala user ieħor, ikun ġara hekk għax ikun hemm konflitt fil-logins.
Sabiex l-istudenti jkunu jistgħu jidħlu fil-formola tal-applikazzjoni għall-istipendji u l-għotjiet, huma għandhom jużaw il-buttuna oranġjo li qiegħda taħt l-ikona tal-istampi fil-homepage;
M’għandhiex tintuża l-buttuna ħamra tal-log in fir-rokna ta’ fuq nett fuq il-lemin tal-paġna. Jekk student jara ismu fir-rokna ta’ fuq nett fuq il-lemin, għandu jagħmel log out minn hemmhekk qabel ma jkompli. U mbagħad juża l-buttuna tal-login iddedikata.
L-iktar mod sikur kif wieħed jikkomunika mal-uffiċċjali msemmija hi permezz tal-applikazzjoni online innifisha. Fir-rokna ta’ fuqnett u fuq il-lemin hemm il-ħolqa elettronika Ikkuntattjana/Contact Us; din tiftaħ il-kaxxa ta’ djalogu li tħalli l-istudenti sabiex ikunu jistgħu jibagħtu l-posta elettronika tagħhom b’mod sikur lill-uffiċċjali rispettivi. Huma jikkomunikaw lura mal-istudenti permezz tal-indirizz elettroniku kif speċifikat fl-applikazzjoni online.
L-uffiċjali tal-EduServizz.gov / One Stop Shop jieħdu ħsieb il-komunikazzjoni kollha f’dar-rigward. Skont politika kif addottata mid-dipartimenti kollha tal-Gvern, il-pubbliku ġenerali ma jistax jikkomunika direttament m’uffiċċjali individwali. Il-Freephone 153 jista’ jintuża għal kull tagħrif meħtieġ dwar għotjiet u stipendji. L-uffiċjali tal-EduServizz.Gov/ One Stop Shop huma nkarigati biex iwieġbu lil kull min iċempel, jipprovdu tagħrif u kjarifikazzjonijiet kif ukoll jassistu l-istudenti u l-pubbliku in ġenerali.
L-uffiċjali tal-EduServizz.gov / One Stop Shop huma disposti għall-pubbliku fil-Ministeru għall-Edukazzjoni, Sport, Żgħażagħ, Riċerka u Innovazzjoni fi Triq l-Assedju l-Kbir Floriana, mit-Tnejn sas-Sibt bejn it-8.00 ta’ filgħodu u s-siegħa ta’ wara nofsinhar kif ukoll kull nhar ta’ Erbgħa bejn l-4.30 ta’ waranofsinhar sas-7.00 ta’ filgħaxija. Idealment, wieħed għandu jġib il-kopji kollha anke bħala soft copy, tad-dokumentazzjoni relevanti u meħtieġ.