stipendsandgrants.gov.mt

Studenti Taħt is-16-il Sena

Studenti li jkunu għadhom ma għalqux is-16-il sena fid-data ta’ meta jissottomettu l-applikazzjoni online tagħhom għall-Istipendji u l-Għotjiet, huma meħtieġa jtellgħu formola ta’ kunsens li turi l-kunsens tal-ġenituri jew tal-gwardjani legali tagħhom. Din il-formola ta’ kunsens tista’ titniżżel minn hawn, u trid tkun iffirmata kif suppost minn wieħed mill-ġenituri/gwardjani, u mbagħad tittella’ mal-applikazzjoni online f’format PDF jew JPG.

In-nuqqas li tiġi mehmuża l-formola ta’ kunsens, meta din tkun meħtieġa, jipprevjeni l-ipproċessar ulterjuri tal-applikazzjoni online. F’każijiet bħal dawn, l-applikazzjoni online terġa’ tinfetaħ u tintbagħat lura lill-istudent/ai sabiex j/timla l-informazzjoni meħtieġa.

Il-formola ta’ kunsens tista’ tiġi rtirata billi tiġi sottomessa talba bil-miktub indirizzata lill-Bord tal-Għotjiet għall-Manteniment tal-Istudenti.

It-talbiet għall-irtirar għandhom isiru bil-miktub u jiġu indirizzati lil:

Il-Bord tal-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti
Kamra 235, Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport
Triq l-Assedju l-Kbir
Furjana

The Department
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.