Ikun hemm każijiet fejn xi studenti jintalbu biex jirrifondu ħlasijiet li jkunu ingħatawlhom f’forma ta’ għotjiet.
Dawk l-istudenti li jkunu identifikati li għandhom rifużjonijiet pendenti jkollhom iroddu lura l-istess ammont pendenti wara li jkunu ġew avżati b’mod uffiċjali mill-Uffiċju għall-Istipendji u Għotjiet.
Ir-raġunijiet li l-istudenti jkunu mitluba li jirrifondu ħlasijiet marbuta ma’ għotjiet u stipendji jinkludu imma mhumiex limitati għall-
L-istudenti għandhom jinnutaw li meta jkunu qed jissottomettu applikazzjoni online għall-istipendji u l-għotjiet, huma jkunu qegħdin jintrabtu biex jinfurmaw bil-kitba l-uffiċċju rispettiv tal-istipendji u/jew l-istituzzjoni frattemp ta’ ġimgħa mindu huma jkunu rriżenjaw mill-kors tagħhom. Il-Bord għall-Istipendji jirriserva d-dritt li jiddeterimina/jirrevedi kull ammont ta’ rifużjoni dovut mill-istudenti.
Metodu ta’ Pagament :
Il-Maltapost toħroġ irċevuta għal kull pagament. L-irċevuta hija uffiċjali u għandha tiġi mħarsa mill-istudent.
L-istudenti jistgħu jintalbu sabiex jirrifondu l-ħlasijiet dovuti bin-nifs meta jintlaħaq ftehim mal-Ministeru. F’dan il-każ, l-istudenti għandhom jikkuntattjaw lill-Edu.servizz.gov jew lill-One Stop Shop permezz tal-freefone 153 u jitolbu iktar tagħrif u gwida.
L-ammonti dovuti għandhom jitħallsu kollha qabel ma tkun se tibda s-sena akkademika ġdida.
Iżda, anke f’din is-sena akkademika, l-istudenti li għad għandhom ammonti dovuti/ħlasijiet żeja qegħdin japplikaw mill-ġdid sabiex isegwu korsijiet. Dawn qed jingħataw l-opportunita’ biex iħallsu l-ammonti dovuti permezz ta’ arranġamenti li jpaċu l-ammont dovuti ma’ dak li jkunu ntitolati għalih fis-sena l-ġdida akkademika. Dawn l-istudenti jistgħu jirrinunzjaw l-għotja relatata mal-kors il-ġdid minflok ma jħallsu l-pendenzi dovuti sabiex jibdew jirċievu l-istipendji għall-kors il-ġdid tagħhom.
L-istudenti mhumiex eliġibbli li jirċievu iktar għotjiet għall-manutenzjoni tal-istudji tagħhom jekk ma jkunux ħallsu KULL M’HU DOVUT.
Applikazzjoni Online
Studenti li jkunu ħallsu l-ammont kollu dovut, jew li jkunu laħqu ftehim mal-Ministeru tal-Eduzzjoni, Sport, Żgħażagħ, Riċerka u Innovazzjoni sabiex iħallsu l-ammont dovut bin-nifs, għandhom itellgħu online kopja tal-irċevuta tal-Maltapost fl-applikazzjoni online rispettiva hekk kif din tkun disponibbli għall-istudent.