L-għotjiet u stipendji jingħataw mill-Gvern ta’ Malta lill-istudenti sabiex ikomplu l-istudji tagħhom fuq bażi full-time fl-edukazzjoni għolja. Din l-iskema topera permezz ta’ sett ta’ regulamenti u avviżi legali magħrufa bħala Leġiżlazzjoni Sussidjarja 605.06.
Il-formoli t’applikazzjoni għall-għotjiet u stipendji għandhom jiġu sottometti mill-istudenti permezz ta’ din il-ħolqa elettronika: https://studentgrants.gov.mt/login
Ma jkunx hemm iktar ipproċessar tal-applikazzjonijiet online wara t-30 ta’ Ġunju 2025.
Wieħed jista’ jikseb iktar tagħrif dwar għotjiet u stipendji differenti billi jiklikkja hawnhekk.
Stipendji u Għotjiet
L-għotjiet u stipendji li jingħataw lill-istudenti sabiex ikomplu l-istudji tagħhom jinkludu għotja ta’ darba (fejn applikabbli) għotja ta’ kull sena, stipendji, allowance supplimentarja, għotja għall-ġenitur waħdu/waħedha,(fejn applikabbli) u stipendji top-up għall-istudenti li jkunu qed isegwu korsijiet t’apprentistat. L-istipendji jitħallsu perjodikament f’pagamenti b’lura fuq erba’ ġimgħat. Studenti li japplikaw għall-għotjiet u stipendji qabel tmiem Diċembru se jieħdu l-ewwel stipendji tagħhom b’lura sa mill-bidu tas-sena akkademika ladarba jkunu kkonfermati mill-istituzzjoni edukattiva rispettiva u wara li l-istudenti jikkonfermaw l-applikazzjoni tagħhom online.
Studenti li jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom online wara l-aħħar ta’ Diċembru tas-sena akkademika rispettiva jiġu kkunsidrati eliġibbli għall-għotjiet u stipendji mid-data ta’ sottomissjoni tal-applikazzjoni partikulari.
Studenti li qed jistudjaw fil-livelli 5, 6 u 7 (fil- at MQF Level 5, 6 and 7 (fil-kas ta’ Lawrija ta’ Maġister li twassal għall-warrant ) jirċievu wkoll għotja inizzjali annwali (u għotja ta’ darba għall-istudenti f’livell ta’ lawrija) li jridu jintużaw għax-xiri ta’ kotba tal-istudji u materjal ieħor edukazzjoni. Din l-allowance tkun ikkreditata direttament fil-kont bankarju tal-istudenti fil-bidu tas-sena akkademika, wara li dan l-uffiċċju jirċievi konferma mill-istituzzjoni edukattiva li l-istudent beda jattendi u li l-istess student ikun ikkonferma l-applikazzjoni online.
Studenti li jibdlu l-kors fl-istess sena akkademika wara li jkunu ssottomettew u kkonfermaw l-applikazzjoni tagħhom online huma meħtieġa li jillogjaw mill-ġdid l-applikazzjoni tagħhom online billi jużaw l-e-ID u l-password u jikklikkjaw fuq Żid il-Kors/ Add Course button function. Dan joħloq applikazzjoni ġdida. L-istudenti għandhom jimlew id-dettalji tal-istituzzjoni l-ġdida u l-kors tal-istudju ġdid. Fl-aħħar nett għandhom jissottomettu l-applikazzjoni l-ġdida. Jekk din il-proċedura ma tiġix segwita, ħlasijiet ma jsirux.
Hu ferm importanti li meta l-istudenti jirriżenjaw mill-korsijiet rispettivi huma għandhom jgħarrfu l-uffiċju tal-istipendji rispettiv permezz t’ittra jew email fi żmien ġimgħa mir-riżenja tagħhom. Studenti li jkunu (a) rriżenjaw (b) abandunaw; (c) ma jirnexxielhomx ikomplu l-istudji tagħhom, ikollhom jirrifondu l-għotja ta’ darba kollha kemm hi jew parti minnha u/jew kwalinkwa stipendju li jkunu ngħataw wara l-aħħar jum t’attendenza tagħhom fil-kors partikulari.
Studenti fl-Universita’ ta’ Malta li jkunu abbandunaw il-kors tagħhom mingħajr ma jkunu ssottomettew ir-rizenja jkunu obbligati li jirrifondu kemm l-istipendju kif ukoll l-għotja inizjali/l-għotja ta’ darba.
Minħabba li l-għotjiet huma direttament ikkreditati fil-kontijiet tal-bank tal-istudenti, huwa ferm important li l-kont tal-IBAN li jingħata fl-applikazzjoni online ikun dak tal-istudenti, jkun korrett u attiv u dan sabiex jiġu evitati komplikazzjonijet fl-ipproċessar tal-pagamenti.
Għall-istudenti tal-MCAST u l-Universita’ ta’ Malta, l-ammont ta’ stipendju li jingħata jiddependi skont il-klassifkazzjoni tal-kors fis-sens jekk il-kors ikunx ikklassifikat bħala ġenerali, preskritt jew ta’ prijorita’ għolja. Il-klassifkazzjoni tal-korsjiet tiddependi skont it-tip ta’ studju u hi determinta mill-Bord għall-Għoti tal-Istipendji għall-Manteniment tal-Istudji u wara li ssir konsultazzjoni mal-Ministru responsabbli għall-Edukazzjoni. Listi ta’ korsjiet preskritti u ta’ prijorita’ għolja jkunu ppublikati kull sena fis-sit tal-Istipendji u l-Għotjiet u wieħed jista’ jikseb iktar tagħrif hawnhekk HERE.
Studenti li jaħdmu għal rashom part-time
Skont it-termini tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 605.06, student li qed jaħdmu għal rashom -Apart-time jistgħu jiġu kkunsidrati bħala eliġibbli għall- għotjiet jekk ikunu qed jaħdmu fuq bażi part-time u mhux iktar minn 30 siegħa fil-ġimgħa. Studenti li jkunu reġistrati bħala li qed jaħdmu għal rashom full-time ma’ jkunux eliġibbli għall-istipendji u l-applikazzjoni tagħhom tiġi ma tintlaqax.
L-Applikazzjoni Online
L-applikazzjoni online hija aċċessibbli permezz ta’ : https://studentgrants.gov.mt/login
Wara li jkunu ssottomettew l-applikazzjoni online ġdida jew ikun irrekonfermaw l-applikazzjoni fejn ikun hemm student promossi jew inkella student fis-sena addizzjonali jew estiża, id-dokumentazzjoni li tkun ittellgħet tkun iċċekkjata minn uffiċċjali fl-Uffiċji rispettivi tal-istipendji. Ladarba l-applikazzjoni tkun approvata, l-istudenti jirċievu struzzjonijiet permezz tal-email sabiex jikkonfermaw l-applikazzjoni online sabiex id-dettalji jiġu nklużi fil-proċess ta’ pagament.
Studenti li ma jirnexxielhomx jissottomettu jew jikkonfermaw mill-ġdid l-applikazzjoni online jew ma jipprovdux id-dokumentazzjoni meħtieġa kif sottomessa ikollhom l-applikazzjoni tagħhom miftuħa mill-ġdid sabiex jemendew kif suppost u jkollhom jerġgħu jissottomettu mill-ġdid. F’każijiet bħal dawn l-applikazzjonijiet jibqgħu pendenti sakemm dawn l-istudenti jkunu reġgħu issottomettew l-applikazzjoni tagħhom bit-tagħrif komplut u korrett. Il-Bord tal-Istipendji jirriserva d-dritt li jiċħad kull applikazzjoni jekk tkun iddaħħal tagħrif ħażin, jew inkella l-istudenti ma jipprovdux it-tagħrif meħtieġ.
Noti:
*L-istudenti jkunu mitluba li jagħtu l-kunsens tagħhom waqt li jkunu qed japplikaw online.
Studenti li m’għandhomx e-ID
Studenti, inkluż dawk li ġew aċċettati bħala studenti barranin u, għal xi raġuni ma jkollhomx e-ID, għandhom jikklikkjaw hawnhekk here, u b’hekk ikollhom verżjoni hard copy li jkun jistgħu jissottomettu lill-Bord tal-Istipednji permezz tal-One Stop Shop,/ Eduservizz.gov, fi Triq l-Assedju l-Kbir Floriana, jew inkella jibagħtuha permezz tal-posta reġistrata lill-Bord tal-Istipendji Kamra 122 Ministreru għall-Edukazzjoni, Sport, Żgħażagħ, Riċerka u Innovazzjoni, Triq l-Assedju l-Kbir Floriana.
Link: http://education.gov.mt/en/Pages/SMGBStipends/SMGB-Foreign-Students-Special-Cases.aspx