Studenti li jkunu taħt is-16-il sena fid-data ta’ sottomissjoni tal-applikazzjoni online jkunu jridu jehmżu formula ta’ kunsens li turi l-kunsens tal-ġenituri/gwardjani legali tagħhom. Din il-formola tista’ titniżżel minn hawn u trid tkun iffirmata kif suppost minn wieħed mill-ġenituri jew gwardjani legali u mbagħad tiġi mtella’ online bħala document pdf jew jpg.
Jekk ma jsirx dan il-proċess kif meħtieġ, l-applikazzjoni online ma tkunx tista’ titkompla tiġi pproċessata. Infatti, f’sitwazzjonijiet bħal dawn, l-applikazzjoni online terġa’ tinfetaħ u tintbagħat lura lill-istudent.
Il-ġenituri/gwardjani legali jistgħu jitolbu li jirtiraw il-formola tal-kunsens billi jiktbu lill-Bord tal-Istipendji.
Il-kunsens jista’ jiġi biss irtirat billi tintbagħat ittra li għandha tiġi indirizzata lill-Bord tal-Istipendji Kamra 122, Ministeru għall-Edukazzjoni, Sport, Żgħażagħ, Riċerka u Innovazzjoni Triq l-Assedju l-Kbir Floriana.
L-ebda dokumentazzjoni m’għandha tintbagħat bil-posta.