Minn Jannar 2017, Studenti li jkunu ġenituri waħedhom li jkunu qed jistudjaw full-time fl-livelli Post-Sekondarji, Vokazzjonali, u Terzjarji għandhom japplikaw għall-ħlasijiet supplimentarji bl-applikazzjoni online. Meta jkunu qed japplikaw għall-istipendji u għotjiet supplimentarji (meta applikabbli), student li huma ġenituri waħedhom ikunu qed japplikaw awtomatikament għall-benefiċċji li jieħdu l-ġenituri waħedhom
Studenti li jixtiequ jikkomunkaw mal-Unit tal-Għotjiet għall-Istudenti dwar dan il-benefiċċju jistgħu jibagħtu email permezz tal-istess applikazzjoni online, billi jużaw il-buttuna mmarkata contact us. L-emails jgħaddu għall-attenzjoni tal-Bord tal-Istipendji.
L-għotjiet għall-ġenituri waħedhom ikunu kkreditati fi process imqassam. L-għotja addizzjonali annwali kif stabbilita permezz tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 605.6 tingħata bħala somma waħda lill-istudenti eliġibbli fit-Tieni Semestru.
Il-Bord tal-Istipendji jirriserva d-dritt li jivverifika l-informazzjoni li tkun intbagħtet u jista’ jitlob tagħrif addizzjonali u/jew dokumentazzjoni addizzjonali fejn hemm bżonn.