stipendsandgrants.gov.mt

Studenti Internazzjonali Post-Sekondarji minn Malta

Il-Unit tal-Għotjiet u Manteniment għall-Istudenti (Students’ Maintenance Grants Unit) qed jaċċetta applikazzjonijiet għall-grants u stipendji minn studenti Maltin li qed jistudjaw li qegħdin jistudjaw f’xi istituzzjoni barra minn Malta fil-livell  post-sekondarju. Dawn l-applikazzjonijiet għandhom jiġu pproċessati kif suppost, u dan jinkludi sottomissjonijiet tal-applikazzjoni online u l-eventwali approvazzjoni mill-Ministeru għall-Edukazzjoni, Sport, Żgħażagħ, Riċerka u Innovazzjoni.

Il-provedimenti tal-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 605.06 dwar l-eliġibilita’ tal-istudenti għall-għotjiet ta’ manteniment għall-istudenti xorta waħda jibqgħu japplikaw.

L-applikazzjonijiet għall-istipendji u l-għotjiet jinstabu permezz ta’ din il-ħolqa elettronika.   https://studentgrants.gov.mt/login Studenti ġodda għandhom isegwu l-istruzzjonijiet iddettaljati li jinsabu online meta jiġu biex japplikaw.

Studenti li għadhom m’għalqux is-16-il sena jeħtieġ li jkollhom il-formola ta’ kunsens. Din il-formola tista’ tiġi mtella’ permezz tal-applikazzjoni meta ssir online. It-template ta’ din il-formola tinstab permezz ta’ din il-ħolqa elettronika:  https://studentgrants.gov.mt/login

L-applikanti huma meħtieġa li jdaħħlu d-dettalji dwar il-kors tal-istudji tagħhom. Mil-lista drop down, l-istudenti għandhom jindikaw jekk humiex sejrin jibdew il-kors tal-istudji tagħhom jew jekk ġewx promossi fl-istess kors. Huma għandhom ukoll jindikaw is-sena tal-kors li jkunu qegħdin fih, per eżempju l-Ewwel jew it-Tieni Sena. Huma għandhom ukoll jagħżlu bejn il-United World College/Foreign Post-Secondary Institutions fil-lista drop down li turi Istituzzjoni/Skola u International Baccaluerate fil-lista drop down tal-kors li jkunu qed jieħdu.

L-istudenti li qed jistudjaw f’istituzzjoni post-sekondarji barranin ibbażati hawn Malta  għandhom ukoll jiskanjaw u japplowdjaw document li jikkonferma li huma ġew aċċettati u qed jattendu l-istituzzjoni msemmija. Magħhom iridu jtellgħu wkoll japplowdjaw kopja skanjata tal-irċevuta tal-ħlas li jkunu qegħdin jagħmlu lill-iskola kif ukoll ċertifikat tal-Ischool Leaving u Profiling.

Ma jsir l-ebda iproċessar tal-applikazzjonijiet online wara t-30 ta’ Ġunju 2025.

The Department
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.