stipendsandgrants.gov.mt

Skema Governattiva għall-Istudenti tal-Ewwel Grad -Baċċelerat (MGUS) 2024 - 2025

L-edukazzjoni universitarja hu t’importanza fundamentali minħabba li fuqha jorbtu numru t’oġġettivi -fost dawn li jkun hemm ħaddiema mħarrġa sew kemm akkademikament, kif ukoll fis-snajja, u l-iżvilupp t’oqsma ġodda ta’ studju u speċjalizazzjoni. L-edukazzjoni hi l-qofol tal-progress ekonomiku u soċjali f’Malta u hi essenzjali għall-iżvilupp personali kontinwu għal ħafna nies.

Il-Gvern jemmen li l-istudenti jistgħu isibu direzzjonijiet validi ta’ tagħlim fil-programmi/korsijiet li huma pprovduti jew minn Istituzzjonijiet Barranin għall-Edukazzjoni Għolja jew permezz ta’ Istituzzjonijiet għall-Edukazzjoni Għolja privati li huma rikonoxxuti f’Malta.

L-Iskema Governattiva għall-Istudenti tal-Ewwel Grad -Baċċelerat (MGUS) 2024-25 għandha l-għan li tipprovdi iktar opportunitajiet lill-istudenti sabiex jimxu ‘l quddiem fl-istudji tagħhom fil-livelli 4, 5 u 6 tal-MQF u li jinkludu kwalifiċi vokazzjonali/ akkademiċi u lawriji/kwalifiċi tal-Baċċellerat f’livelli 6 jew ekwivalenti skont il-Qafas tal-Kwalifiċi kif spjegati mill-Awtorita’ għall-Edukazzjoni Għolja u Post-Sekondarja ta’ Malta (MFHEA)

Studenti li jkollhom bżonn iktar tagħrif dwar il-Qafas Nazzjonali għall-Kwalifiċi jistgħu jikkuntattjaw lill-Awtorita’ għall-Edukazzjoni Għolja permezz tan-numru telefoniku +356 25981489 or jew inkella permezz tas-sit elettroniku  https://mfhea.mt.

Permezz ta’ din l-iskema, il-Gvern qed jestendi l-appoġġ finanzjarju disponibbli lill-istudenti fl-Universita’ ta’ Malta, tal-IMCAST, u l-Universita’ Amerikana ta’ Malta (AUM), kif ukoll studenti oħra li qed jieħdu studji ekwivalenti f’istituzzjonijiet private f’Malta u barra minn Malta, sakemm il-programmi ta’ studji li jkunu qegħdin jieħdu huma rikonoxxuti u akkreditati mill-Awtorita’.

Oġġettivi Fundamentali

L-oġġettivi fundamentali ta’ dawn il-korsijiet huma:

  • Li jinkoraġġixxu iktar parteċipazzjoni studenteska f’livelli ta’ sotto-gradwati f’Malta u barra minn Malta;
  • Li jmexxu ‘l quddiem eċċellenza akkademika/vokazzjonali fis-settur tat-tagħlim privat;
  • Li l-istudenti ikollhom għażla iktar wiesgħa fl-għażliet tal-istudji li jwasslu għall-lawriji u kwalifiċi oħra kif ukoll għażla tal-istituzzjonijiet.
  • Sabiex wieħed ikun eliġibbli għal din l-iskema l-applikanti għandhom ikunu reġistrati bħala student full-time, jkunu preżenti fil-kampus u jkunu qed jistudjaw f’waħda minn dawn l-istituzzjonijiet.
  • Istituzzjoni għall-Istudji fl-Edukazzjoni Għolja privata li tkun irreġistrata u awtorizzata jew ċentru ta’ tagħlim li jkun illiċenzjat f’Malta u li jkun qed joffri korsijiet li jkunu ġew approvati u li jwasslu għall-Livell 4, 5 jew 6 tal-MQF jew ;
  • Istituzzjoni għall-Istudji fl-Edukazzjoni Għolja li tkun qed toffri kwalifiċi rikonoxxuti mill-Awtorita’ għall-Edukazzjoni Għolja u li jwasslu għall-Livell 4, 5 jew 6 fl-MQF.

Nota: Din l-iskema teskludi student irrġeistrati f’korsijiet ta’ tagħlim mhux fuq il-Kampus (distance learning) kemm full-time jew part-time, korsijiet part-time u korsijiet imħalltin.

Sakemm għall-għanijiet ta’ din l-iskema, kwalifiċi rikonoxxuti f’livell 4, 5 jew 6 tal-MQF  ifissru li dawn il-kwalifiċi huma kklassifikati bħala korsijiet tal-ewwel grad Baċċelerat/vokazzjonali ekwivalenti għall-livell 6 tal-MQF miċ-Ċentru ta’ Tagħrif għar-Rikonoxximent tal-Kwalifiċi (MQRIC) fi ħdan l-Awtorita’ għall-Edukazzjoni Għolja (MFHEA).

F’din l-applikazzjoni, l-istudenti huma mitluba sabiex jiddikjaraw jekk ux qed jibbenefikaw minn xi borża ta’ studju jew kienu benefiċjarji ta’ għotjiet għall-istudenti minn kwalinkwa istituzzjoni edukattiva. Dan jiddetermina l-eliġibilta’tat-talba tagħhom. L-istudenti għandhom jinfurmaw il-Bord għall-Għotjiet tal-Istipendji immedjatament jekk huma ġew aċċettati għal kwalinkwa forma ta’ iffundjar minn kwalinkwa istituzzjoni jew korp meta huma kienu qed jiedħu għotjiet mill-Bord tal-Istipend

L-istudenti jistgħu japplikaw permezz ta’ din il-ħolqa elettronika :  https://studentgrants.gov.mt/login

Ir-regoli għall-Iskema Governattiva għall-Istudenti tal-Ewwel Grad Baċċelerat jinstabu hawnhekk.

L-applikazzjonijiet jagħlqu nhar it-30 ta’ Ġunju 2025. Mhux serjin jiġu aċċettati iktar bidliet fl-applikazzjonijiet wara din id-data tal-għeluq.

The Department
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.