Informazzjoni fuq l-applikazzjoni

Dawk l-istudenti li jixtiequ japplikaw għall-istipendji u l-għotjiet għandhom jilloggjaw permezz ta’ din il-ħolqa elettronika: https://studentgrants.gov.mt/login permezz tal-e-ID u l-password sabiex jimlew l-applikazzjoni online.

Id-dettalji personali jiġu awtomatikament mtella’ fl-applikazzjoni. L-applikanti huma meħtieġa jagħżlu d-dettalji relatati mal-kors ta’ studji li jkunu għażlu u jinkludu wkoll IBAN account validu u li jrid ikun tagħhom. Hu ferm importanti li l-formola elettronika tkun kompluta sewwa sabiex ma jinqalgħux problemi u dewmien fl-ipproċessar tal-applikazzjoni.

L-istudenti huma obbligati japplikaw online għall-istipendji u l-g-għotjiet sal-aħħar ta’ Diċembru tas-sena akkademika speċifika sabiex jibbenefikaw mill-istipendji u l-għotjiet sa mill-bidu tas-sena akkademika rispettiva.

Studenti ġodda għandhom jiskannjaw u japplowdjaw kopja tal-paġni kollha taċ-Ċertifikati tal-Ischool Leaving and Profiling (SSC&P) sabiex jikkonfermaw li huma komplew is-snin 11/ Form 5; dan iċ-ċertifikat jinħareġ mill-Ministeru għall-Edukazzjoni, Sport, Riċerka u Innovazzjoni.

Min qed japplika għall-ewwel darba għandu japplowdja l-iktar dokument riċenti ta’ fejn ħadem permezz tal-Jobsplus Employment History document. Dan jista’ jinkiseb billi wieħed iniżżlu mis-sit elettroniku https://jobsplus.gov.mt/ permezz tal-e-ID u l-password.

Meta jissottomettu l-formola tal-applikazzjoni, l-applikanti jkunu qegħdin:

  1. Jikkonfermaw li t-tagħrif kollu sottomess hu korrett u li huma jkunu qed jintrabtu sabiex jirrifondu lill-Gvern ta’ Malta l-ammont ta’ flus kif indikat mill-awtoritajiet, jekk għal xi raġuni :

    i. jkunu qarrqu lill-awtoritajiet jekk ikunu taw informazzjoni ħażina /falza
    ii. naqsu milli jattendu għall-kors
    iii. ma jkunux għamlu l-progress fil-kors kif inhu meħtieġ.
    iv. ma jkunux komplew il-kors
    v. ikunu ħadmu iktar minn 30 siegħa fil-ġimgħa tul is-sena akkademika partikulari.

  2.  Jawtorizzaw lill-awtoritajiet rispettivi sabiex jivverifikaw l-informazzjoni sottomessa kif hemm bżonn, u li tinkludi l-kisba tal-informazzjoni minn entitajiet/dipartimenti/istituti governattivi b’rabta mat-tagħrif sottomess fl-applikazzjoni.

Kwalinkwa informazzjoni tista’ tgħaddi lil dipartimenti/istituzzjonijiet u entitajiet oħra li jkunu involuti fl-ipproċessar tal-applikazzjoni kif ukoll għall-fini ta’ għajnuna lill-klijenti.
Barra minn hekk, dan it-tagħrif jista’ jgħaddi lil dipartimenti/istituzzjonijiet/entitajiet għall-fini ta’ ġbir u studju tal-istatistika.

  1. Jippermettu l-awtoritajiet rispettivi sabiex jieħdu kwalinkwa azzjoni meħtieġa sabiex jirpiljaw kwalinkwa ħlas żejjed jew ammonti oħra dovuti mill-applikanti.

Wara s-sottomissjoni jew ir-rikonferma tal-applikazzjoni mibgħuta online, l-istudenti jirċievu email u SMS li jkunu kkonfermaw is-sottomissjoni tal-applikazzjoni li tkun saret online. Hu important li l-applikanti jissorveljaw l-applikazzjoni, għax ladarba dan l-uffiċċju jirċievi konferma li l-istudenti ikun bdew jew qed ikomplu għaddejin bil-kors, l-istess student jkunu jridu jikkonfermaw/ jirrikonfermaw l-applikazzjoni li jkunu għamlu, online.

* Applikazzjonijiet li jkunu ikkonfermati biss jistgħu jiġu kkunsidrati għall-pagament.