Informazzjoni fuq l-applikazzjoni

Dawk l-istudenti li jixtiequ japplikaw għall-Istipendji u l-għotjiet għandhom jilloggjaw permezz ta’ din il-ħolqa elettronika: https://studentgrants.gov.mt/login billu jużaw l-e-ID personali u l-password tagħhom sabiex jimlew l-applikazzjoni online.

Id-dettalji personali jittellgħu awtomatikament fl-applikazzjoni. L-applikanti għandhom jagħżlu d-dettalji relatati mal-kors ta’ studju tagħhom u jdaħħlu l-IBAN personali validu (numru tal-kont bankarju) tagħhom. Huwa essenzjali li l-formola tal-applikazzjoni timtela b’mod preċiż sabiex jiġu evitati dewmien fil-proċessar tal-applikazzjoni.

Importanti: L-istudenti għandhom jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom online sal-31 ta’ Diċembru tas-sena akkademika rispettiva sabiex ikunu eliġibbli għall-istipendji u l-għotjiet mill-bidu ta’ dik is-sena akkademika.

Dokumentazzjoni Meħtieġa

L-istudenti l-ġodda għandhom itellgħu:

  • Kopja skennjata tal-Secondary School Qualification & Profile (SSQ&P) (dokument ta’ paġna waħda), li tikkonferma t-tlestija tal-Year 11/Form 5.
  • Is-Certificate Supplement relatat mal-SSQ&P (dokument ta’ 4 paġni).

Liema dokumenti huma maħruġa milll-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport.

L-Applikanti kollha

L-applikanti kollha għandhom itellgħu l-aktar Jobsplus Employment History reċenti tagħhom.

Dan jista’ jitniżżel mill-websajt ta’ Jobsplus https://jobsplus.gov.mt/ billi jagħmlu użu mill-e-ID u l-password personali tagħhom.

Meta Jissottomettu l-Formola tal-Applikazzjoni

L-applikanti jkunu qed:

  1. Jikkonfermaw Li l-informazzjoni kollha pprovduta hija korretta u jaqblu li jħallsu lura lill-Gvern ta’ Malta, fi żmien xieraq, kwalunkwe ammont li jiġi stabbilit fil-każijiet fejn huma:
  • Jipprovdu informazzjoni falza jew qarrieqa;
  • Jabbandunaw il-kors;
  • Jonqsu milli jagħmlu progress akkademiku sodisfaċenti;
  • Jinterrompu l-istudji tagħhom;
  • Jaħdmu aktar minn 30 siegħa fil-ġimgħa matul is-sena akkademika.
  1. Jawtorizzaw lill-awtoritajiet rilevanti sabiex jivverifikaw l-informazzjoni sottomessa, inkluż billi jiksbu informazzjoni mingħand entitajiet, dipartimenti jew istituzzjonijiet oħra tal-Gvern relatati mal-applikazzjoni.
  2. Jippermettu lill-Awtoritajiet responsabbli biex:
  • Jaqsmu l-informazzjoni ma’ ministeri, dipartimenti, istituzzjonijiet jew entitajiet oħra involuti fil-proċessar tal-applikazzjoni, fl-evalwazzjoni tal-intitolamenti u għal skopijiet ta’ customer care;
  • Jgħaddu l-informazzjoni għal analiżi statistika, kif meħtieġ;
  • Jieħdu l-azzjoni meħtieġa sabiex jirkupraw fil-ħin kwalunkwe ħlas żejjed jew ammont dovut mill-applikant.

Konferma u Segwitu tal-Applikazzjoni

Wara is-sottomissjoni tal-applikazzjoni online, l-istudenti jirċievu email u SMS li jikkonfermaw is-sottomissjoni tal-applikazzjoni.

L-applikanti huma meħtieġa jissorveljaw mill-qrib l-istatus tal-applikazzjoni tagħhom. Ladarba l-Istituzzjoni Edukattiva tikkonferma l-bidu jew it-tkomplija tal-kors tal-istudenti, l-istudenti għandhom jikkonfermaw l-applikazzjoni tagħhom online.

Nota: Huma biss dawk l-applikazzjonijiet li jiġu ikkonfermati mill-istess applikanti li jiġu pproċessati għall-ħlas.

 

 

Ippubblikat fid-29 ta’ Settembru 2026