L-għotjiet ta’ manteniment lill-istudenti jingħataw mill-Gvern ta’ Malta lill-istudenti li jkomplu l-istudji tagħhom fuq bażi full-time fl-edukazzjoni ogħla. L-iskema tal-għotjiet ta’ manteniment lill-istudenti topera taħt sett ta’ regolamenti u l-avviżi legali rispettivi jiġifieri l-leġiżlazzjoni sussidjarja 605.06 fid-determinazzjoni tal-eliġibilita’ tagħhom.