L-Istipendji u l-Għotjiet Supplimentari huma miżuri addizzjonali ta’ appoġġ finanzjarju mogħtija lill-istudenti li qed jiffaċċjaw diffikultà ppruvata jew ċirkostanzi umanitarji.
Dawn huma maqsuma f’żewġ livelli:
a. Stipendji Supplimentari
L-Istipendji Supplimentari jiġu kkreditati lill-istudenti li jinstabu eliġibbli għall-Istipendju Supplimentari. Il-ħlasijiet isiru kull erba’ ġimgħat, flimkien mal-ħlas tal-l-istipendju normali.
b. Għotja Supplimentari
Din hija għotja ta’ darba mogħtija lill-istudenti eliġibbli li qed jistudjaw fil-Livelli QMK 5 jew 6 u li jikkwalifikaw għall-intitolament supplimentari.
Kundizzjonijiet
a) L-istudenti li japplikaw għall-intitolament supplimentari sal-31 ta’ Diċembru 2026 jirċievu l-istipends u l-għotjiet b’mod retroattiv mill-bidu tas-sena akkademika rispettiva. Dawk li japplikaw wara l-1 ta’ Jannar 2027 jibbenefikaw mid-data tal-applikazzjoni.
b) Dawk l-istudenti biss li huma eliġibbli għall-istipends jistgħu jiġu kkunsidrati għal Stipends u Għotjiet Supplimentari.
c) Id-dokumentazzjoni kollha relatata mat-talba għall-intitolament supplimentari għandha tittella’ permezz tal-applikazzjoni online. Minħabba n-natura sensittiva tal-informazzjoni, l-ebda dokument m’għandu jintbagħat permezz tal-email jew jingħata direttament lil xi uffiċjal tal-Uffiċċju tal-Istipends u ta’ EDU Servizz.gov.
d) L-applikazzjonijiet u d-dokumenti mtella’ huma soġġetti għal proċess rigoruż ta’ verifika mill-Bord tal-Għotjiet ta’ Manteniment għall-Istudenti qabel ma tittieħed deċiżjoni uffiċjali.
e) L-istudenti huma meħtieġa jinfurmaw lill-Bord immedjatament dwar kwalunkwe bidla fiċ-ċirkostanzi li tista’ taffettwa l-eliġibbiltà tagħhom, billi jużaw il-funzjoni “Ikkuntattjana” fl-applikazzjoni online.
f) Applikazzjonijiet tardivi għall-intitolament supplimentari jistgħu jiġu kkunsidrati biss jekk iċ-ċirkostanzi rilevanti jkunu seħħew wara d-data tal-għeluq tal-applikazzjonijiet.
g) Applikazzjonijiet li ma jkunux kompluti jew li ma jkollhomx id-dokumentazzjoni ta’ sostenn meħtieġa ma jiġux ipproċessati.
h) Il-Bord tal-Għotjiet ta’ Manteniment għall-Istudenti jirriżerva d-dritt li jirrifjuta applikazzjonijiet li ma jkunux jinkludu d-dokumentazzjoni meħtieġa.
i) L-ebda applikazzjoni ma tiġi pproċessata wara t-30 ta’ Ġunju 2027.
j) L-applikazzjonijiet għall-intitolament supplimentari, flimkien mad-dokumentazzjoni aġġornata, għandhom jiġu sottomessi kull sena akkademika.
It-tabella hawn taħt tipprovdi l-lista tad-dokumenti obbligatorji għall-każijiet speċifiċi:
Każijiet Speċjali u Dokumentazzjoni Meħtieġa
L-istudenti li japplikaw għall-għotjiet Supplimentri u għandhom dokument maħruġ mill-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD) dawn jiġu kkunsidrati awtomatikament eliġibbli għall-iStipendju Supplimentari, inklużi l-Għotjiet Supplimentari (jekk applikabbli). L-istudenti li għandhom dan id-dokument għandhom itellgħu kopja valida tiegħu mal-applikazzjoni onlajn.
F’dawn il-każijiet, id-dokumenti li juru d-dħul finanzjarju ma jkunux meħtieġa mill-Bord tal-Għotjiet għall-Manteniment tal-Istudenti. CRPD card li tkun skadiet m’għandhiex tiġi kkunsidrata.

Kif Tapplika
⚠️ Importanti: Kun żgur li d-dokumenti mtella’ jkun fihom informazzjoni preċiża u kompluta, peress li applikazzjonijiet mhux kompluti jew li jkun fihom informazzjoni żbaljata jistgħu jiġu rrifjutati jew il-proċess tagħhom jista’ jittardja sakemm tingħata l-kjarifika meħtieġa.
Test tal-Meżżi
L-eliġibbiltà għall-Istipendji u Għotjiet Supplimentari tiġi determinata permezz ta’ test tal-meżżi, ibbażat fuq:
Itestt al-meżżi huwa bbażat fuq id-dħul tal-ġenitur(i) jew tal-kustodju(i) li magħhom tgħix l-istudent.
Limiti Attwali tat-Test tal-Meżżi

Il-limiti jiġu aġġustati kull sena bi qbil mal-Ministeru għall-Politika Soċjali u l-Familja.
Noti Addizzjonali
Ippubblikat fid-29 ta’ Settembru 2026