stipendsandgrants.gov.mt

Stipendji u Għotjiet Supplimentari

L-Istipendji u l-Għotjiet Supplimentari huma miżuri addizzjonali ta’ appoġġ finanzjarju mogħtija lill-istudenti li qed jiffaċċjaw diffikultà ppruvata jew ċirkostanzi umanitarji.

Dawn huma maqsuma f’żewġ livelli:

a. Stipendji Supplimentari

L-Istipendji Supplimentari jiġu kkreditati lill-istudenti li jinstabu eliġibbli għall-Istipendju Supplimentari. Il-ħlasijiet isiru kull erba’ ġimgħat, flimkien mal-ħlas tal-l-istipendju normali.

b. Għotja Supplimentari

Din hija għotja ta’ darba mogħtija lill-istudenti eliġibbli li qed jistudjaw fil-Livelli QMK 5 jew 6 u li jikkwalifikaw għall-intitolament supplimentari.

Kundizzjonijiet

a) L-istudenti li japplikaw għall-intitolament supplimentari sal-31 ta’ Diċembru 2026 jirċievu l-istipends u l-għotjiet b’mod retroattiv mill-bidu tas-sena akkademika rispettiva. Dawk li japplikaw wara l-1 ta’ Jannar 2027 jibbenefikaw mid-data tal-applikazzjoni.

b) Dawk l-istudenti biss li huma eliġibbli għall-istipends jistgħu jiġu kkunsidrati għal Stipends u Għotjiet Supplimentari.

c) Id-dokumentazzjoni kollha relatata mat-talba għall-intitolament supplimentari għandha tittella’ permezz tal-applikazzjoni online. Minħabba n-natura sensittiva tal-informazzjoni, l-ebda dokument m’għandu jintbagħat permezz tal-email jew jingħata direttament lil xi uffiċjal tal-Uffiċċju tal-Istipends u ta’ EDU Servizz.gov.

d) L-applikazzjonijiet u d-dokumenti mtella’ huma soġġetti għal proċess rigoruż ta’ verifika mill-Bord tal-Għotjiet ta’ Manteniment għall-Istudenti qabel ma tittieħed deċiżjoni uffiċjali.

e) L-istudenti huma meħtieġa jinfurmaw lill-Bord immedjatament dwar kwalunkwe bidla fiċ-ċirkostanzi li tista’ taffettwa l-eliġibbiltà tagħhom, billi jużaw il-funzjoni “Ikkuntattjana” fl-applikazzjoni online.

f) Applikazzjonijiet tardivi għall-intitolament supplimentari jistgħu jiġu kkunsidrati biss jekk iċ-ċirkostanzi rilevanti jkunu seħħew wara d-data tal-għeluq tal-applikazzjonijiet.

g) Applikazzjonijiet li ma jkunux kompluti jew li ma jkollhomx id-dokumentazzjoni ta’ sostenn meħtieġa ma jiġux ipproċessati.

h) Il-Bord tal-Għotjiet ta’ Manteniment għall-Istudenti jirriżerva d-dritt li jirrifjuta applikazzjonijiet li ma jkunux jinkludu d-dokumentazzjoni meħtieġa.

i) L-ebda applikazzjoni ma tiġi pproċessata wara t-30 ta’ Ġunju 2027.

j) L-applikazzjonijiet għall-intitolament supplimentari, flimkien mad-dokumentazzjoni aġġornata, għandhom jiġu sottomessi kull sena akkademika.

It-tabella hawn taħt tipprovdi l-lista tad-dokumenti obbligatorji għall-każijiet speċifiċi:

Każijiet Speċjali u Dokumentazzjoni Meħtieġa

L-istudenti li japplikaw għall-għotjiet Supplimentri u għandhom dokument maħruġ mill-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD) dawn jiġu kkunsidrati awtomatikament eliġibbli għall-iStipendju Supplimentari, inklużi l-Għotjiet Supplimentari (jekk applikabbli). L-istudenti li għandhom dan id-dokument għandhom itellgħu kopja valida tiegħu mal-applikazzjoni onlajn.

F’dawn il-każijiet, id-dokumenti li juru d-dħul finanzjarju ma jkunux meħtieġa mill-Bord tal-Għotjiet għall-Manteniment tal-Istudenti. CRPD card li tkun skadiet m’għandhiex tiġi kkunsidrata.

Kif Tapplika

  1. Żur https://stipendsandgrants.gov.mt
  2. Idħol billi tuża l-e-ID u l-password tiegħek.
  3. Aċċessa l-applikazzjoni għall-Istipends u l-Għotjiet u kompli sal-Paġna 3.
  4. Wieġeb “Iva” għall-mistoqsija dwar l-intitolament Supplimentari.
  5. Agħżel iċ-ċirkostanza speċifika li għaliha qed tapplika.
  6. Jekk tixtieq, uża l-kaxxa tat-test biex tispjega s-sitwazzjoni tiegħek.
  7. Fil-Paġna 4, tella’ d-dokumenti kollha ta’ sostenn meħtieġa, inklużi dawk relatati mat-talba tiegħek għall-benefiċċju Supplimentari.

⚠️ Importanti: Kun żgur li d-dokumenti mtella’ jkun fihom informazzjoni preċiża u kompluta, peress li applikazzjonijiet mhux kompluti jew li jkun fihom informazzjoni żbaljata jistgħu jiġu rrifjutati jew il-proċess tagħhom jista’ jittardja sakemm tingħata l-kjarifika meħtieġa.

Test tal-Meżżi

L-eliġibbiltà għall-Istipendji u Għotjiet Supplimentari tiġi determinata permezz ta’ test tal-meżżi, ibbażat fuq:

  • Id-dħul totali tal-familja matul sena kalendarja waħda;
  • In-numru ta’ membri tal-familja li għadhom fl-edukazzjoni.

Itestt al-meżżi huwa bbażat fuq id-dħul tal-ġenitur(i) jew tal-kustodju(i) li magħhom tgħix l-istudent.

Limiti Attwali tat-Test tal-Meżżi

 

Il-limiti jiġu aġġustati kull sena bi qbil mal-Ministeru għall-Politika Soċjali u l-Familja.

Noti Addizzjonali

  • Il-formoli kollha tal-Gvern huma soġġetti għal reviżjoni mill-Better Regulation Unit fi ħdan l-OPM.
  • Il-Bord tal-Għotjiet ta’ Manteniment għall-Istudenti jista’ jżomm u juża d-dejta personali għal:
    • Id-determinazzjoni tal-eliġibbiltà futura (l-Artikolu 6(b) tal-GDPR);
    • Analiżi statistika.
  • Il-Bord jista’ wkoll jivverifika d-dokumenti u l-informazzjoni ma’ awtoritajiet oħra.
  • In-nuqqas li l-Bord jiġi nnotifikat dwar bidliet li jaffettwaw l-eliġibbiltà jista’ jwassal għar-rifużjoni sħiħa tal-istipends u l-għotjiet kollha li jkunu ġew riċevuti.





Ippubblikat fid-29 ta’ Settembru 2026
The Department

Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.