stipendsandgrants.gov.mt

Skema ta' Esposizzjoni ta’ Xogħol tal-Istudenti fis-Sajf 2025

It-Taqsima tal-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti (SMGU), fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni, Sport, Żgħażagħ, Riċerka u Innovazzjoni, b’kollaborazzjoni mal-Istitut għas-Servizz Pubbliku fi ħdan id-Diviżjoni tal-Poplu u Standards fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, qiegħed jistieden lill-istudenti li qegħdin full-time biex japplikaw għall- Iskema ta’ Esposizzjoni ta’ Xogħol tal-Istudenti fis-Sajf 2025

Min jista’ japplika

Studenti full-time li jkunu qegħdin itemmu l-edukazzjoni sekondarja obbligatorja tagħhom, (Form V/Sena 11), kif ukoll dawk irreġistrati f’korsijiet sa Livell 3 tal-Qafas Malti għal Kwalifiki f’Istituzzjonijiet Edukattivi jew Vokazzjonali oħra, inklużi dawk li qegħdin fl-aħħar sena tal-istudji tagħhom sal-livell 3 tal-Qasam Malti għal Kwalifiki huma eliġibbli li japplikaw.

L-istudenti li qed isegwu korsijiet fil-livelli 4, 5, 6 jew 7 tal-Qafas Malti għal Kwalifiki għandhom japplikaw mal-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi (IPS).

Applikazzjoni Onlajn

Studenti interessati għandhom jissottomettu l-applikazzjoni onlajn fuq https://edurecruitment.gov.mt/ u jtellgħu kopja skenjata miż-żewġ naħat tal-Karta tal-Identità tagħhom. Studenti li spiċċaw l-edukazzjoni sekondarja obbligatorja matul din is-sena skolastika (2024-2025) għandhom jissottomettu dikjarazzjoni mill-Kap tal-Iskola rispettiv bħala prova li lestew il-Form 5/Sena 11.

F’każ li l-informazzjoni mitluba ma tiġix provduta kif suppost u fil-ħin inkluż il-kopji skenjati mitluba l-istudenti jistgħu jiġu skwalifikati minn din l-iskema.

Studenti tal-MCAST jew studenti f’Istituzzjonijiet Edukattivi oħra li qed isegwu korsijiet sal-livell 3 tal-Qafas Malti għal Kwalifiki u li mhumiex eliġibbli għall-istipenju, huma mitluba li jtellgħu provi li huma għadhom jistudjaw, inkluża kopja skannjata tal-Ittra ta’ Aċċettazzjoni/Reġistrazzjoni għas-sena akkademika 2024-2025 u Lista’ ta’ Impjiegi ta’ Jobsplus tal-istudenti.

L-applikazzjonijiet onlajn jiftħu nhar it-Tlieta, 15 ta’ April 2025 f’nofsinhar u jagħlqu nhar il-Ġimgħa, 9 ta’ Mejju 2025 sa nofsinhar (ħin lokali). L-istudenti eliġibbli se jintalbu jagħmlu test onlajn wara l-aċċettazzjoni tal-applikazzjoni tagħhom.

Fażijiet tax-Xogħol

L-istudenti huma mitluba jagħżlu wieħed mill-oqsma tal-istudju li jinteresshom. Minħabba l-għad kbir ta’ applikanti, l-istudenti se jkun qed jaħdmu fażi waħda biss ta’ erba’ (4) ġimgħat kull wieħed. Għalhekk, l-istudenti għandhom japplikaw għal Fażi 1 jew għal Fażi 2 billi jissottomettu applikazzjoni separata għal kull fażi. Madankollu, l- studenti jistgħu jagħżlu li japplikaw għaż-żewġ fażijiet biex ikun hemm aktar flessibilta` u possibilta` li jiġu allokati. Pero, dan jiddependi fuq in-numru ta’ applikazzjonijiet li t-Taqsima tirċievi mingħand entitajiet li jħaddmu l-istudenti fis-Servizz Pubbliku / Settur Pubbliku.

Minħabba li din hija opportunita’ ta’ espożizzjoni ta’ xogħol, it-Taqsima tal-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti, ma tistax tintrabat li talloka studenti eżatt għall-qasam ta’ studju li jkunu applikaw għalih, peress li dan jiddependi kemm mit-talbiet ta’ min iħaddem kif ukoll mill-marka li l-applikanti jkunu ġabu fit-test onlajn.

Studenti li jkollhom il-fażi tax-xogħol tagħhom estiża fuq talba minn għand min iħaddimhom u wara l-approvazzjoni tat-Taqsima, jeħtieġ li jerġgħu jimlew Formola tal-Bidu tal-Impjieg kif ukoll dik ta’ Terminazzjoni tal-Impjieg tal-Jobsplus biex ikopru l-perjodu addizzjonali tal-fażi tax-xogħol.

Fażi 1 Fażi 2
7 ta’ Lulju 2025 – 1 ta’ Awwissu 2025
18 ta’ Awwissu 2024 – 12 ta’ Settembru 2025

Remunerazzjoni u Drittijiet

Il-ħlas għal dan ix-xogħol huwa bir-rata ta’ €8.13 fis-siegħa skont il-paga bażika ta’ Skala ta’ Salarju 16 tas-Servizz Pubbliku.

L-istudenti li jipparteċipaw f’din l-iskema għandhom id-dritt għal dawn il-benefiċċji li ġejjin għal kull fażi:

Assenza Skużata (Vacation Leave) Bonus Suppliment tad-Dħul Assenza Minħabba Mard
7 sigħat
€10.39
€9.32
8 sigħat b’paga sħiħa – 8 sigħat b’nofs paga

Reġistrazzjoni ma’ Jobsplus

L-istudenti għandhom jiżguraw li min iħaddimhom li ladarba jiġu assenjat impjieg, l-impjieg tagħhom irid ikun reġistrat ma’ Jobsplus permezz tal-Formola ta’ Bidu tal-Impjieg skont Kap.594 (Att Dwar is-Servizzi ta’ Impjieg u Taħriġ). Il-Formola tat-Tmiem l-Impjieg tal-Jobsplus trid tiġi sottomessa minn min iħaddem fi tmiem kull fażi tax-xogħol.

In-nuqqas ta’ reġistrazzjoni ta’ l-bidu jew tmiem ta’ impjieg jista’ jirriżulta f’informazzjoni mhux korretta fil-Lista’ ta’ Impjiegi maħruġa mill-Jobsplus.

Noti oħra:

  1. L-istudenti jirċievu l-bonus u l-benefiċċji oħra bħal assenza skużata (vacation Leave), sick leave u supplement ta’ dħul fuq bażi pro-rata.
  2. Assenza skużata (Vacation Leave) mhux użat fl-aħħar tal-fażi tax-xogħol ma jiġix imħallas jew trasferit.
  3. Il-formola tal-applikazzjoni msemmija f’din iċ-ċirkolari hija speċifika għall- iSkema ta’ Esposizzjoni ta’ Xogħol tal-Istudenti fis-Sajf 2025 u ma tistax tintuża għal xi skema oħra.
  4. Sstudenti mhux fl-UE għandhom jivverifikaw mal-Jobsplus jekk jeħtieġux permess ta’ xogħol biex jaħdmu f’Malta.

Għal aktar dettalji tistgħu tikkuntattjaw: Ijmejl: administration.meyr@gov.mt

Ippuplikata: 15 ta’ April 2025

The Department
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.