stipendsandgrants.gov.mt

Skema ta' Esposizzjoni ta’ Xogħol tal-Istudenti fis-Sajf 2026

It-Taqsima tal-Għotjiet ta’ Manteniment għall-Istudenti (SMGU) fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, b’kollaborazzjoni mal-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi fi ħdan id-Diviżjoni tan-Nies u l-Istandards fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, qed tistieden lill-istudenti japplikaw għall-Iskema ta’ Esperjenza ta’ Xogħol fis-Sajf għall-Istudenti 2026.

Min Jista’ Japplika

Jistgħu japplikaw biss studenti li temmew l-edukazzjoni sekondarja obbligatorja tagħhom (Year 11/Form V) matul is-sena skolastika kurrenti 2025–2026.

L-istudenti l-oħra kollha għandhom japplikaw taħt l-Iskema IPS Students SchemeSummer + Programme) amministrata mill-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi (IPS).

Kif Tapplika

L-istudenti interessati għandhom jissottomettu applikazzjoni online fuq:
https://edurecruitment.gov.mt/

X’Għandu Jiġi Pprovdut mall-Applikazzjoni Online

L-applikanti huma meħtieġa jtellgħu fuq l-applikazzjoni:

  • Studenti b’Karta tal-Identità Maltija: kopji skannjati taż-żewġ naħat tal-Karta tal-Identità
  • Studenti barranin: kopji skannjati taż-żewġ naħat tal-Permess ta’ Residenza
  • Studenti mhux mill-UE:
  • kopji skannjati taż-żewġ naħat tal-Permess ta’ Residenza, u
  • kopja tal-permess tax-xogħol maħruġ minn Jobsplus

Studenti li se jtemmu l-edukazzjoni sekondarja obbligatorja tagħhom matul is-sena skolastika kurrenti (2025–2026) għandhom ukoll jippreżentaw dikjarazzjoni mill-Kap tal-Iskola rispettiv li tikkonferma li temmew Year 11/Form V.

Dawk li jonqsu milli jissottomettu d-dokumenti kollha meħtieġa b’mod korrett, inklużi l-kopji skannjati mitluba, jiġu skwalifikati mill-iskema.

Dati tal-Applikazzjoni

L-applikazzjoni tiftaħ nhar il-Ġimgħa, 24 ta’ April 2026 f’nofsinhar u tagħlaq nhar il-Ġimgħa, 05 ta’ Ġunju 2026 f’nofsinhar (ħin lokali).

Fażijiet tax-Xogħol u Flessibbiltà

L-istudenti huma meħtieġa jagħżlu qasam ta’ studju ta’ interess. Minħabba l-għad kbir ta’ applikanti, l-istudenti jiġu assenjati għal Phase/fażi waħda (1) li tikkonsisti minn erba’ (4) ġimgħat.

Madankollu, l-istudenti jistgħu japplikaw għal:

  • Phase/Fażi 1 biss, jew
  • Phase/Fażi 2 biss, jew
  • għaż-żewġ Phases/Fażijiet (billi jissottomettu applikazzjoni separata għal kull Phase)

L-Applikazzjonijiet għaż-żewġ Phases/fażijiet iżżid il-flessibbiltà u l-possibilita` li l-applikanti jingħataw oppotunita` ta’ xogħol.

In-numru ta’ postijiet disponibbli jiddependi fuq in-numru ta’ applikazzjonijiet li nirċevu  minn min iħaddem fis-Servizz Pubbliku/Settur Pubbliku.

Wara l-proċess ta’ verifika, studenti eliġibbli jkunu meħtieġa jagħmlu test online. Dawn jiġu nfurmati b’stedina fil-kalendarju, bid-data u l-ħin tat-test, lil dawk li jirriżulta li jkunu eliġibli.

L-assenjament jiddependi fuq:

  • it-talbiet li jkunu saru minn min iħaddem
  • il-klassifikazzjoni tal-applikanti fit-test onlajn

Peress li din hija skema ta’ esperjenza ta’ xogħol, l-SMGU mhix obbligata li tassenja lill-istudenti skont il-qasam ta’ studju magħżul minnhom.

Fażijiet tax-Xogħol

  • Phase/Fażi 1: Mis-6 ta’ Lulju 2026 sal-31 ta’ Lulju 2026
  • Phase/Fażi 2: Mit-3 ta’ Awwissu 2026 sal-4 ta’ Settembru 2026 (minbarra l-ġimgħa ta’ Santa Marija, jiġifieri bejn l-10 ul 14 ta’ Awwissu).
Fażi 1 Fażi 2
Mis-6 ta’ Lulju 2026 sal-31 ta’ Lulju 2026
Mit-3 ta’ Awwissu 2026 sal-4 ta’ Settembru

Ħlas u Drittijiet

Il-ħlas huwa stabbilit b’rata ta’ €8.51 fis-siegħa, skont l-Iskala tas-Salarju 16 tas-Servizz Pubbliku.

L-istudenti ma jistgħux jaħdmu akta minn 80 siegħa. It-80 siegħa jinkludu assenza skużata u l-assenza minħabba mard. Għaldaqsant ma jistax isir ħlas għal sigħat maħduma żejda jew mhux maħduma.

L-istudenti huma ntitolati għall-benefiċċji li ġejjin għal kull fażi:

Assenza Skużata (Vacation Leave) Bonus Suppliment tad-Dħul Assenza Minħabba Mard
7 sigħat
€10.39
€9.32
8 sigħat b’paga sħiħa – 8 sigħat b’nofs paga

Reġistrazzjoni ma’ Jobsplus

L-istudenti għandhom jiżguraw li l-impjieg tagħhom jiġi rreġistrat ma’ Jobsplus permezz tal-Formola ta’ Ingaġġ, skont il-Kapitlu 594 (Att dwar Servizzi ta’ Impjieg u Taħriġ), ladarba jiġu assenjati impjieg.

Min iħaddem għandu jissottometti l-Formola ta’ Terminazzjoni ta’ Jobsplus fi tmiem kull fażi ta’ xogħol.

F’kas ta’ nuqqas li jiġu rreġistrati b’mod korrett il-bidu u t-tmiem tal-impjieg, dan jista’ jwassal għal informazzjoni mhux preċiża fl-Istorja tal-Impjieg tal-istudenti ma’ Jobsplus.

Noti Oħra

  • Il-benefiċċji (bonus, assenza skużata (vacation leave), assenza minħabba mard (sick leave) u suppliment tad-dħul) jingħataw fuq bażi pro-rata.
  • Assenza skużata (vacation leave) mhux utilizzat, ma jitħallasx u lanqas ma jista’ jiġi trasferit.
  • Din l-applikazzjoni tapplika biss għall-Iskema ta’ Esperjenza ta’ Xogħol fis-Sajf għall-Istudenti.
  • Studenti mhux mill-UE għandhom jivverifikaw ma’ Jobsplus jekk hemmx bżonn ta’ permess tax-xogħol biex jaħdmu f’Malta.

Kuntatt

Għal aktar informazzjoni:


Email: [email protected]

 

 

Ippubblikat: 24 ta’ April 2026

The Department
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.