L-Unità tal-Għotjiet ta’ Manteniment għall-Istudenti (SMGU) fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u Sport, b’kollaborazzjoni mal-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi fi ħdan id-Diviżjoni tan-Nies u l-Istandards fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, qed tistieden studenti full-time biex japplikaw għall-Iskema ta’ Espożizzjoni għax-Xogħol tas-Sajf għall-Istudenti 2026.