L-Istipendi u l-Għotjiet Supplimentari huma fondi monetarji addizzjonali mogħtija lill-istudenti li qed jaffaċċjaw ċerti ċirkustanzi ta’ tbatijiet u, jew sitwazzjonijiet umanitarji li jridu jkunu msaħħa bi prova li tkunu tista’ tiġi meqjusa mill-Bord għall-Għotjiet ta’ Manteniment għall-Istudenti.
L-Istipendi u l-Għotjiet Supplimentari huma maqsuma f’żewġ livelli:
Kundizzjonijiet
It-tabella ‘t hawn taħt tipprovdi lista tad-dokumenti obbligatorji li jridu jiġi provduti mill-applikanti għal każijiet speċifiċi:
Studenti li għandhom dokument CRPD
L-istudenti li japplikaw għasll-għotjiet Supplimentri u għandhom dokument maħruġ mill-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD) dawn jiġu kkunsidrati awtomatikament eliġibbli għall-iStipendju Supplimentari, inklużi l-Għotjiet Supplimentari (jekk applikabbli). L-istudenti li għandhom dan id-dokument għandhom itellgħu kopja valida tiegħu mal-applikazzjoni online.
F’dawn il-każijiet, id-dokumenti li juru d-dħul finanzjarju ma jkunux meħtieġa mill-Bord tal-Għotjiet għall-Manteniment tal-Istudenti. CRPD card li tkun skadiet m’għandhiex tiġi kkunsidrata.
Studenti li jgħixu f’Residenza ta’ Kura
L-istudenti li jgħixu f’residenza ta’ kura jiġu kkunsidrati awtomatikament eliġibbli għall-Istipendi u l-Għotjiet, inklużi mad-drittijiet Supplimentari.
Fl-applikazzjoni online, l-istudenti għandhom itellgħu prova dokumentarja uffiċjali tal-post fejn jgħixu. F’dawn il-każijiet, id-dokumenti li juru d-dħul finanzjarju ma jkunux meħtieġa mill-Bord tal-Għotjiet għall-Manteniment tal-Istudenti.
Kif tapplika
L-istudenti li biħsiebhom japplikaw għas-Supplimentari għandhom jidħlu fil-websajt https://studentgrants.gov.mt/login billi jużaw l-e-ID u l-password tagħhom biex jaċċessaw l-applikazzjoni għall-Istipendi u l-Għotjiet. L-istudenti għandhom imorru fuq il-paġna 3 tal-applikazzjoni.
Billi jagħfsu Iva għall-mistoqsija dwar id-dritt Supplimentari, l-istudenti għandhom jagħżlu ċ-ċirkustanza li abbażi tagħha qed japplikaw għas-Supplimentari. Huma jistgħu wkoll jiktbu kummenti li jispjegaw is-sitwazzjoni tagħhom fit-testbox ipprovduta.
Id-dokumenti kollha, inklużi dawk għas-Supplimentari, għandhom jiġu mtellgħin fuq il-paġna 4, verżjonijiet elettronika tal-applikazzjoni. L-istudenti għandhom jiżguraw li d-dokumenti kollha juru informazzjoni korretta għax applikazzjonijiet b’informazzjoni mhux kompluta jew inkorretta jistgħu jiġu rifjutati jew miżmuma pendenti sakemm l-istudenti jtellgħu j d-dokumenti li jiċċaraw is-sitwazzjoni tagħhom.
Test tal-Mezzi
Il-Bord tal-Għotjiet għall-Manteniment tal-Istudenti jiddetermina l-eliġibbiltà għas-Supplimentari billi juża test tal-mezzi bbażat fuq id-dħul totali tad-dar (household), tal-ġenituri/gwardjan (guardian) jew ta’ ma min qed jabbitaw tas- sena kalendarja preċedenti. Tingħata konsiderazzjoni xierqa lill-għadd ta’ persunu li jabitaw fl-istess dar li jkunu għadhom għaddejjien fl-edukazzjoni taghhom.
Fil-grid ‘t hawn l-istudenti għandhom isibu l-aġġornati tat-test tal-mezzi finanzzjarji li jkunu qed jiġu implementati fl-assesjar tal-applikazzjonijiet tagħhom għall-Għotjiet Supplimentari.
Il-grid riveduta hija ibbażata fuq il-Proposta tal-Manifest Elettorali, EMP 262 – “Inwessgħu l-eliġibbiltà għall-għajnuna Supplimentari” għal studenti li qed jistudjaw f’livell ta’ edukazzjoni Post-Sekondarju, Vokazzjonali jew Terzjarju u li huma eliġibbli għall-istipendju.
Din hija it-tieni darba mill-2017 li r-rati tas-Supplimentari qed jiġu riveduti.
€18,000 | Family Rate |
€12,500 | Single Rate |
€15,200 | Single Parent rate |
Aġġustament Annwali:
Il-grid tal-mezzi msemmija hawn fuq tiġi aġġustata kull sena bl-ammont maqbul mal-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal.
Noti Importanti:
Ippubblikat nhar it-Tlieta ta’ April 2025